School Council Elections

Elezzjoni tal-Kunsilli tal-Iskejjel 2017-2018

School Council Elections Regulations (English Version)

Elezzjoni tal-Kunsil tal-Iskejjel Regolamenti (bil-Malti)

Is-Sehem Tiegħek Jagħmel Differenza (Information for Parents (English Version)

F’ Jannar li ġej ser isiru l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi fl-Iskejjel tal-Istat. F’dawn l-elezzjonijiet jiġu eletti l-membri tal-Kunsilli Skolastiċi għas-sentejn li ġejjin (Jannar 2017- Diċembru 2018).

Il-Kunsilli  Skolastiċi fl-iskejjel Primarji u Sekondarji huma magħmula minn President, il-Kap tal-Iskola, tliet ġenituri  – eletti mill-ġenituri , u tliet għalliema  – eletti mill-istaff akkademiku tal-iskola. 

Il-ħidma tal-Kunsill  Skolastiku  mhux  limitat  organizazzjoni u sehem f’attiv­tajiet biex jinġabru l-fondi, f’ħarġiet, f’attivitajiet soċjali u f’ħidmiet simili.

Il-ħidma  tal-Kunsilli Skolastiċi jmur lil hemm minn dan. Il-Kunsilli Skolastiċi  għandhom il-fakulta’ li:

  • Jamministraw  ċertu fondi u assi tal-iskola.
  • Jiddikutu metodi u mezzi biex tikber il-partċipazzjoni u kontribuzzjoni tal-ġenituri.
  • jiddiskutu l-kurrikulu u s-servizzi edukattivi li toffri l-iskola
  • jissuġġerixxu lid-Direttorat tal-Edukazzjoni tibdil jew żieda mal-kurrikulu.
  • jikkonsidraw t-titjib tal-ambjent fiżiku, kulturali,estetiku u morali tal-iskola u tal-post madwar l-iskola
  • jiddiskuti problemi relatati mal-istudenti bħala grupp

Jekk int ġenitur  titlifx din l-okkażjoni . Għin lill-Iskola ta’ wliedek billi tikkontesta  u tivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi.

 Uri li tinteressa ruħek fl-edukazzjoni ta’ wliedek

Agħti sehemek f’dawn l-Elezzjonijiet

Dati:

 9  ta’ Jannar  2017:  Jiftħu n-nominazzjonijiet

18 ta’ Jannar 2015:  Jagħalqu n-nominazzjonijiet

PRESS RELEASE DWAR IN-NOMINAZZJONI ONLINE

31 ta’ Jannar 2017:  Issir il-votazzjoni   (Tista’ tivvota wkoll billi tibgħat l-vot tiegħek  bil-posta jew mat-tifel/tifla tiegħek)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.