L-istudenti tar-raba’ sena ħadu sehem f’attivitajiet marbuta mal-ħrafa ‘Id-Dragun Draganti’ ta’ Trevor Żahra. Il-lezzjoni kienet tinkludi s-smiegħ tal-ħrafa u tal-kanzunetta, reċta bil-pupazzi mill-għalliema tal-Litteriżmu u fl-aħħar għalqu b’attività relatata mal-ħrafa.
Xogħol ta’ Ms Angelique Attard, Yr 4.1