Waqt l-aħħar lezzjoni tal-iStudju Soċjali, l-istudenti tas-Sena 4.1 analizzaw rivisti differenti – kollha pubblikazzjonijiet Maltin. Huma nqassmu fi gruppi u għamlu riċerka dwar min ippublikahom, kemm fihom paġni, kemm fihom riklami, min kiteb l-artkli u dwar xiex kienu. Fl-aħħar nett, huma iddiskutew dwar artiklu li kieku setgħu jiktbu huma fuq xi waħda minn dawn ir-rivisti. Prosit ħafna lit-tfal kollha!