Prayer Space – insibu ħin biex nitolbu…

Illum ġie organizzat it-tieni prayer space fl-iskola dwar il-Paċi.  Bla ebda eċċezzjoni t-tfal fil-klassijiet kollha tar-raba’, il-ħames u s-sitt sena semmew is-Sirja bħala l-post li jiġi f’rashom meta nitkellmu fuq kunflitti.  

It-tfal esprimew rabja, dieqa, dispjacir u saħansitra diżappunt meta tkellmu fuq il-kunflitt tas-Sirja.  L-istudenti kellhom ċans jiktbu ħsibijiethom fuq fanal bħala simbolu tal-paċi. 

Kien hemm mument ta’ talb u riflessjoni fl-aħħar tal-prayer space għall-paċi fid-dinja.

Kitba u xogħol ta’ Ms Borg Vella, assistent kap

Leave a Reply