Għeżież,
Nittama li tinsabu lkoll tajbin. Huwa ta’ pjaċir għalina li għat-tielet sena konsekuttiva nerġgħu nniehdu l-Kompetizzjonijiet tal-poeżija, storja jew novella fl-okkażjoni ta’ Festa Frawli 2021. Minkejja ż-żmien diffiċli li għaddejjin minnu ħassejna li bi ftit tibdil żgħir u ħarsien tal-miżuri kollha neċessarji minħabba l-pandemija, il-kompetizzjonijiet setgħu jerġgħu jiġu organizzati.
Nemmnu li hawn potenzjal kbir u għalhekk ħsibna sabiex nagħtu spazju fejn wieħed jista’ jesprimi ruħu b’mod liberu. Din is-sena mhux se jsiru workshops qabel iżda tistgħu issegwu l-linji gwida mehmuża għal aktar dettalji. Huwa importanti li tibgħatu l-kitbiet u l-fromola bl-informazzjoni b’format diġitali fuq festafrawli@gmail.com biss, sal-20 ta’ Jannar 2021.
Nieħdu gost naraw ħafna xogħlijiet interessanti mingħandkom bħal ma’ diġa bagħtu fis-snin l-imgħoddija. Nħeġġukom tipparteċipaw u tħajru oħrajn jagħmlu l-istess.
Nirringrazzjakom u nselli għalikom.
Victoria Grechf’Kummissjoni Lejla Mġarrija