Illum ġiet fi tmiemha n-novena li ġiet organizzata għat-tfal tal-Kinder kollha. Għal tlett ijiem it-tfal inġabru fis-sala u tkellimna magħhom dwar Marija, Ġużeppi u l-Bambin. Tkellimna dwar it-twelid ta’ Ġesu u dwar it-trobbija tiegħu. L-akbar tfal tal-Kinder irreċtaw ukoll xi sitwazzjonijiet li tkellimna fuqhom fosthom it-twelid tal-Bambin u l-ħarba mill-Eġittu tas-Sagra Familja. Fl-aħħar tan-novena t-tfal kantaw għanjiet tal-Milied bl-għajnuna.
Kitba u ritratti ta’ Ms Borg Vella, Assistent Kap

