L-għan tal-lezzjoni tar-Reliġjon kien li t-tfal jirrealizzaw li kulħadd huwa magħmul differenti minn xulxin iżda kulħadd għandu l-kwalitajiet sbieħ tiegħu. Matul din il-lezzjoni it-tfal semgħu kanzunetta dwar is-suġġett li konna qed nitkellmu dwaru u kellhom ħin sabiex jiddiskutu xi punti. Wara intuża t-tablet biex it-tfal jieħdu stessu (ritratt tagħhom infushom) u wara li jagħrfu l-kwalitajiet tagħhom jiktbuhom taħt ir-ritratt. Fl-aħħar kulħadd qasam il-kwalitajiet tiegħu ma’ l-oħrajn.
Xogħol ta’ Ms Mathea Vassallo, Yr 4.2
