Iltaqgħu mal-Prim Ministru bla ħsieb u daħħalhom fil-Berġa ta’ Kastilja

Grupp ta’ tfal tal-iskola Primarja li dalgħodu marru sal-Belt fuq ħarġa tal-iskola spiċċaw biex iltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat bla ħsieb.

Hekk kif il-Prim Ministru wasal Kastilja għall-ħabta tal-10.00 ta’ dalgħodu biex jibda jum twil ta’ xogħol, inzerta lill-istudenti ċkejkna fi Pjazza Kastilja flimkien mal-għalliema tagħhom.

Kien hawn li l-Prim Ministru mar jiltaqa’ mat-tfal u stedinhom jidħlu fil-Berġa ta’ Kastilja, fejn flimkien miegħu u mas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ppożaw fuq it-taraġ tal-Berġa għal ritratt uniku li żgur se jibqgħu jgħożżu.

Leave a Reply