Kull filgħodu malli nqumu
Qed nistaqsu ‘kemm ha ndumu?’
Forsi nilbsu dik l-uniformi
Blu u oranġjo li tgħaddili ommi
L-iskola aħna qed nimmisjaw
L-Ms Nag u l-Ms Maria nixtiequ naraw
Nisperaw li l-iskola nerġgħu mmorru
U żgur filgħodu mhux ser nibqgħu ngorru
Qawsalli u minn kollox aħna pinġejna
Naqra tisjir u anki żfin ħejjejna
Mixja fil-kampanja morna waħedna
Ngħoddu l-bebbux u ngħidu xi kelma
Illum l-ahhar ta’ staġun Xitwi
Għas-sajf nitolbu li jiġi x’jiġri
Forsi dal-virus jitlaq l’hemm
Ha noħorġu l’barra u ngħidu Amen!



































