Is-Sinjura B

Ms B (2)Ms B (3)Ms B (4)

Illum ħtaft l-opportunita’ biex immur nagħti titwila lil Ms Joanne Galea, għalliema tal-K1.3. Il-kurżita’ ma ħallitnix bi kwieti. Kemm il-darba nara lil Ms Joanne sejra l-literacy room b’ittra mdendla mal-ħwejjeġ tagħha. Għalhekk iddeċidejt li mmur nara x’qed isir f’din il-kamra iddedikata għat-tgħallim tal-litteriżmu.

Ħadt gost nara lit-tfal jitgħallmu dwar l-ittra B billi iltaqgħu mas-sinjura B. Din is-sinjura B kellha magħha ukoll bosta sorpriżi ta’ affarijiet li propju jibdew bl-ittra B. It-tfal vera ħadu gost.

Ms B (5)Ms B (6)Ms B (9)

Iżda kien għad baqa’ sorpriża oħra. Is-sinjura B ġabet magħha baskett li ġo fih kien hemm moħbija bosta affarijiet li kienu ta’ lewn blu.

Grazzi Ms Joanne talli qsamt magħna din l-esperjenza 🙂 Ninsab ħerqana biex niltaqa’ mas-sinjura Ċ fil-futur qarib 😉

Leave a Reply