It-22 ta’ Marzu kien il-Jum Dinji ddedikat għall-Ilma.
It-tfal tal-ewwel sena ta’ Ms Marilyn Bugeja (Yr 1.2) tkellmu u ddiskutew metodi dwar kif nistgħu nibżgħu għall-ilma. It-tfal identifikaw diversi metodi, fosthom li jgħalqu l-vit meta ma jkollhomx bżonn l-ilma, jew jinħaslu f’eqsar ħin. Huma tgħallmu ukoll dwar l-użu tal-bjar fid-djar tagħna.
It-tfal għamlu preżentazzjoni qasira quddiem it-tfal tal-iskola billi qraw poeżija miktuba minn Sra. Rita Tabone (Skola Primarja Floriana) u wara kantaw kanzunetta qasira dwar li nibżgħu għall-ambjent ta’ madwarna.
http://www.ekoskola.org.mt/resource/poezija-dwar-l-uzu-ghaqli-tal-ilma/