Waqt il-lezzjonijiet tal-lingwa tal-Malti, it-tfal tat-tielet klassi ta’ Ms Calleja tgħallmu dwar is-singular u l-plural.
Huma tgħallmu li biex nagħmlu l-plural ta’ xi kliem, hemm bżonn li nżidu xi ittri fuq wara tal-kelma (plural sħiħ). Eżempju: klassi-klassijiet.
L-istudenti tgħallmu wkoll li xi kliem jinbidel meta naqilbuhom fil-plural (plural miksur). Eżempju: mejda-mwejjed.
Bħalma jsir fil-lezzjonijiet kollha, it-tfal tgħallmu dwar is-singular u l-plural b’mezzi differenti sabiex jintlaħqu l-abbiltajiet varji tat-tfal kollha. Fost dawn il-meżżi t-tfal raw preżentazzjoni tal-PowerPoint, raw stampi u tkellmu dwarhom, ipparteċipaw f’diskussjonijiet, ħadu sehem f’taħriġ u attivitajiet orali kif ukoll bil-kitba u lagħbu logħba bil-Beebot sabiex jirrevedu l-plural (sħiħ u miksur).