Punteġġjatura

Waħda mill-attivitajiet li għamlu t-tfal tat-tielet klassi ta’ Ms Calleja sabiex jitgħallmu aktar dwar il-punteġġjatura kienet li jirranġaw sentenzi mingħajr punteġġjatura.

Kull grupp ingħata sentenza differenti b’sinjali tal-punteġġjatura varji neqsin. It-tfal kellhom jaqraw is-sentenza u jiddiskutu kif se jirranġawha. Wara, kull grupp kiteb is-sentenza bil-punteġġjatura t-tajba fuq wajtbord zgħir.

Fl-aħħar, iċċekjajna u ddiskutejna s-sinjali tal-punteġġjatura li kull grupp żied fis-sentenza tiegħu.