L-istudenti tat-tieni sena ta’ Ms Stephanie kellhom lezzjoni dwar l-għajn (għ) u l-hakka (h). Dawn huma żewġ ittri li jħawwdu bosta studenti. L-għalliema użat sistema multi-sensorjali fejn l-istudenti użaw għodod differenti biex jesploraw kliem li jibda bl-għ u bl-h. Fost dawn l-għodod użaw “plasticine” u ittri tal-plastik biex joħolqu kliem li jibdew bl-għ u l-h. Fl-istess ħin it-tfal kellhom l-opportunita’ biex jaħdmu fi gruppi jew f’par biex flimkien johorġu b’aktar kliem.
Tags: Malti