Tag: time. bee-bot

Is-sur Siegħa u Bee-Bot…

L-istudenti ta’ Ms Analisa Magro tat-tieni sena kellhom lezzjoni nteressanti mas-Sur Siegħa u Bee-Bot fejn tgħallmu jaqraw il-ħin bil-Malti b’mod mhux tas-soltu. Wara li l-għalliema ntroduċiet lis-Sur Siegħa permezz ta’ preżentazzjoni, t-tfal kellhom l-opportunita’ biex jużaw il-Bee-Bot biex japplikaw dak li tgħallmu. Ara dan il-video biex tara l-esperjenza sabiħa li kellhom it-tfal.