Biex Jibdew…

L-għalliema tagħna dejjem jagħmlu ħilithom biex lit-tfal jagħtuhom tgħallim b’mod mill-aktar kreattiv u prattiku. Għalxejn inpaċpċu… L-aħjar mod ta’ kif it-tfal jitgħallmu huwa billi jużaw mod konkret fejn it-tfal imissu b’idejhom stess dak li qed jitgħallmu.

Letters

Ms Marilyn, għalliema tal-year 1.1, toħloq ċirkustanzi ta’ tgħallim fejn it-tfal iridu jħaddmu moħħhom, jużaw idejhom u fl-istess ħin jiddiskutu ma’ sħaba fuq l-aħjar soluzzjoni.

F’dawn l-attivitajiet qed naraw lit-tfal jagħmlu eżerċizzji differenti biex jitgħallmu b’liema ħoss jibda ċertu kliem u liema hi l-ewwel ittra. Dan huwa eżerċizzju importanti li l-quddiem iwassal biex it-tfal jitgħallmu jaqraw. Ta’ min jinnota li anke l-użu tal-kompjuter jilgħab rwol importanti meta jinħolqu eżerċizzji addatti mill-għalliema stess.

Prosit tassew 🙂

L-Imperattiv fis-sitt sena…

L-edukaturi dejjem jisħqu fuq l-importanza tat-tgħallim fejn it-tfal mhux jisimgħu biss, iżda jmissu b’idejhom dwar dak li qed jitgħallmu. B’hekk l-esperjenza tkun aktar siewja u tibqa’ dejjem f’moħħ l-istudenti.

L-għalliema tas-sitt sena ħarġet b’idea brillanti biex it-tfal jitgħallmu l-imperattiv. It-tfal sajru wraps u ħobż mixwi billi segwew istruzzjonijiet minn fuq karta li ġiet ippreparata għal dan il-għan.

Perezz li meta wieħed isajjar ikun hemm lista ta’ “ordnijiet” li wieħed irid isegwi, din l-attivita’ ħolqot opportunita’ biex filwaqt li l-istudenti jieħdu gost isajru, huma jitgħallmu dwar l-imperattiv.

Segwu dan il-video ippreparat b’ħafna dedikazzjoni minn Ms Borg tas-sitt sena. Proset lil tassew 🙂